Friday, November 22, 2024

L-Arċidjoċesi tesprimi d-dispjaċir wara li saċerdot beda jirrabja qabel quddiesa

Aqra wkoll

Saċerdot mill-Parroċċa taż-Żurrieq spiċċa f’nofs kontroversja hekk kif filmat li qiegħed idur fuq il-midja soċjali juri lilu jirrabja ma’ dawk preżenti li kienu qegħdin jistennew quddiesa tibda.

Hu qal lil dawk preżenti li meta jqaddes hu jrid anke l-kant waqt l-offertorju. Hu semmi li l-liturġija titlob dan kollu. Fl-aħħar hekk kif beda l-kant tal-bidu u qal li “xeba”.

Għal dan kollu, l-Arċidjoċesi ta’ Malta tesprimi d-dispjaċir tagħha għall-inċident li jikkonċerna wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa taż-Żurrieq, u bħalissa qed taħdem mill-qrib ma’ dawk kollha kkonċernati biex tindirizza s-sitwazzjoni. Il-prijorità għall-Arċidjoċesi tibqa’ dejjem il-ġid tas-saċerdot kif ukoll tal-komunità.

Waqt li l-Arċidjoċesi tieħu b’serjetà kbira inċidenti ta’ abbuż verbali u abbuż ieħor, minħabba ċ-ċirkostanzi kollha ta’ dan il-każ, ġentilment tappella lill-pubbliku biex ikun empatiku u sensittiv ma’ dawk kollha kkonċernati speċjalment meta jikkummenta fuq il-media soċjali.

Sport