Wednesday, June 26, 2024

Il-kawża mistennija tkompli fis-27 ta’ Ġunju

Aqra wkoll

2:10 p.m – Intemmet is-seduta, bil-kawża mistennija tkompli fis-27 ta’ Ġunju.

1:20 p.m- Id-difiża targumenta dwar il-freezing order tal-imputati, bl-avukat Franco Debono jagħmel talba sabiex jixhed xi ħadd mill-Prosekuzzjoni dwar kif dawn waslu għat-talba tal-freezing orders

1:00 p.m- Wara l-Ispettur Scerri, xehed l-avukat Joseph Mizzi, fejn għamel talba biex jiġi preżentat il-‘police file’ wara li kien mistoqsi diversi drabi dwar xhieda ta’ quddiem il-Maġistrat Vella u taħt ġurament wieġeb li ma jiftakarx.

12:00 p.m- Xehed l-Ispettur Anthony Scerri, fejn spjega li fl-2021, beda l-irwol tiegħu fl-inkjesta. Ta spjegazzjoni dwar ix-xogħol tal-Pulizija, fejn qal li xogħlhom kien li joħorġu r-referiti u jwettqu t-tfittxijiet.

Dwar dan, huwa kompla jispjega li saret tfittxija f’garaxx fil-Qrendi u tfittxija f’residenza fix-Xgħajra. Matul it-tfitxijjiet, ġew elevati numru ta’ dokumenti, liema ngħataw lill-Maġistrat Inkwerenti.

Saru wkoll tfittxijiet fil-Malta Enterprise u fl-uffiċini ta’ DF Consultancy Services Limited.

11:45 a.m- Xehed l-avukat Stefano Filetti, fejn informa lill-Qorti li l-esperti maħtura fl-inkjesta maġisterjali huma ta’ nazzjonalita’ barranija. Kien hawn fejn argument li minħabba li huma barranin, ma jistgħux jagħtu opinjoni konkreta dan għaliex mhumiex esperti fuq il-liġi ta’ Malta.

L-avukat Franco Galea għamel talba lill-Qorti sabiex ikollu aċċess tal-atti tal-inkjesta. Talab ukoll lil Qorti żmien biżżejed biex jirregola ruħu dwar il-ħatra tal-esperti fl-inkjesta maġisterjati.

11:20 a.m- Xehed reġistratur tal-Qorti, li ppreżenta kopja skennjata tal-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella. Fix-xhieda tiegħu, Franklin Calleja ppreżenta wkoll kopja tal-kontenut tal-laptops u l-kompjuters li huma parti mill-inkjesta

11:10 a.m- Il-Prosekuzzjoni tagħti spjegazzjoni li f’April tal-2021, daħlet liġi li tgħid li kumpanija legali jekk ma tiġix reġistrata, l-obbligu hu li din ma tagħtix servizz

10:50 a.m- Xehdet is-Segretarja tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Deborah Farrugia.Kien hawn fejn id-Difiża uriet dokument lil Farrugia jekk din qattx ratu.

Fix-xhieda tagħha, Deborah spjegat li kienet lura għal Mejju tal-2022 kienet irċeviet talba permezz ta’ imejl mill-Ispettur Wayne Borg, liema imejl kienet tikkonsisti talbagħal informazzjoni dwar applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni mal-kumitat tal-avukati u l-prokuraturi legali.

9:50 a.m- F’Awla 22, minn ħin għall-ieħor quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ numru ta’ kumpaniji u persuni fosthom l-eks ministri Chris Fearne u Edward Scicluna.

Matul l-aħħar seduta il-Maġistrat Caruana kien ċaħad t-talba li saret biex huwa jirrikuża ruħu milli jisma’ l-każ kontra l-eks Ministru Chris Fearne, il-Prof. Edward Scicluna u 12-il persuna oħra u ordna li jkomplu jinstemgħu l-proċeduri.

Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna b’mod kontinwu

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport