Monday, May 13, 2024

L-EBU tikkonferma li Spanja se jkun qed jospita l-Junior Eurovision Song Contest 2024

Aqra wkoll

L-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest se ssir fi Spanja. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-European Broadcasting Union (EBU) fejn intqal li l-Junior Eurovision Song Contest mistenni jsir aktar tard din is-sena. 

Din se tkun l-ewwel darba li Spanja se tospita konkors bħal dan. Is-sena li għaddiet, il-konkors intrebaħ minn Franza li iżda rrifjutat li tospita dan l-ispettaklu. 

Din ser tkun it-22 edizzjoni tal-Junior Eurovision; konkors li huwa miftuħ għall-partecipanti kollha madwar l-Ewropa ta’ bejn t-8 u l-15-il sena.

Is-sena li għaddiet, pajjiżna ħa sehem fil-Junior Eurovision Song Contest, permezz tal-kantanta Yulan Law, bil-kanzunetta ‘Stronger’.

Sport