L-EDUKAZZJONI TINGĦATA IMPORTANZA MILL-GVERN

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, għadd ta’ studenti rċivew il-marki tależamijiet. Din hija waħda millaktar mumenti importanti fil-ħajja ta’ eluf ta’ studenti u l-familji tagħhom. Dan għaliex wara xhur twal ta’ studju, preparazzjoni, pressjoni u sagrifiċċji, wasal il-waqt li jaraw ilfrott tal-ħidma tagħhom. Għal ħafna, dan huwa mument ta’ sodisfazzjon kbir li jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet ġodda fl-edukazzjoni u fil-ħajja professjonali tagħhom. 

Wara dawn ir-riżultati hemm ħafna sigħat ta’ studju, sfidi li kellhom jiltaqgħu magħhom l-istudenti stess u appoġġ kbir milll-ġenituri, il-familjari, l-għalliema u l-edukaturi kollha li emmnu fil-potenzjal tagħhom. Kull riżultat għandu jkun ta’ motivazzjoni biex ikomplu jsegwu l-ħolm tagħhom, ikomplu jistudjaw jew inkella sabiex jidħlu fid-dinja taxxogħol. Filwaqt li nawguraw lil min mar tajjeb, nixtiequ wkoll nwasslu messaġġ ta’ kuraġġ għal dawk li ma kisbux ir-riżultat li xtaqu. 

Hija naturalment xi ħaġa normali li wieħed iħossu diżappuntat, biss però kull min ma ġabx il-marka li xtaqx, dan qatt għandu jiddefenixxi l-intelliġenza jew il-potenzjal tagħhom. Kull sfida tista’ ssir opportunità biex wieħed jitgħallem, jissaħħaħ u jirritorna aktar preparat milli kien qabel. Għalhekk, il-messaġġ ewlieni li nixtiequ nwasslu lil dawn l-istudenti huwa wieħed ċar: taqtgħux qalbkom. 

Dan mhux it-tmiem tal-vjaġġ tagħkom, iżda pass ieħor li jista’ jwassalkom għal suċċess akbar filfutur. Quddiem dan kollu, naqblu mal-fatt li l-Gvern qed ikompli jinvesti f’diversi inizjattivi li jagħti opportunità oħra lil dawk li ma għaddewx mill-eżamijiet tas-SEC. Għat-13-il sena konsekuttiva, reġgħu nfetħu l-applikazzjonijiet għallKlassijiet ta’ Reviżjoni tas-SEC  bla ħlas, organizzati permezz tal-proġett Youth Guarantee u kofinanzjati millUnjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Dawn il-klassijiet huma mmirati lejn studenti li se jkunu qed jagħmlu r-resits fil-Bijoloġija, l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-Fiżika f’Settembru li ġej.   

Sa mill-bidu tagħhom fl-2014, il-Klassijiet Preventivi tas-SEC għenu aktar minn 6,600 student u taw riżultati pożittivi sena wara sena. Permezz ta’ dan l-investiment, l-istudenti qed jingħataw sapport akkademiku u inkoraġġiment biex ikomplu bl-esperjenza edukattiva tagħhom.   Il-klassijiet se jibdew fit-22 ta’ Lulju u jibqgħu għaddejjin għal ħames ġimgħat. Studenti ta’ bejn il15 u d-29 sena li ma laħqux il-Livell 3, li ġabu “U”, jew li ġew immarkati bħala assenti f’xi wieħed mill-ħames suġġetti msemmija hawn fuq fissessjoni ta’ Mejju 2026 huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-klassijiet. 

L-istudenti jistgħu jattendu dawn il-klassijiet f’wieħed miċ-ċentri; MCAST Mosta, Msida Life Long Learning Centre, MCAST Raħal Ġdid, u Gozo College, ir-Rabat (Għawdex), u jistgħu jagħżlu li jattendu sa massimu ta’ tliet suġġetti, inkluża għażla waħda minn suġġetti tax-xjenza (Bijoloġija jew Fiżika). 

F’dan il-kuntest, nemmnu li ledukazzjoni tibqa’ waħda mill-pedamenti ewlenin tas-soċjetà tagħna u investiment dirett fil-futur ta’ pajjiżna. Għalhekk, hawn ta’ min wieħed japrezza l-ħidma tal-għalliema, taledukaturi, tal-familji, tal-Gvern u ta’ dawk kollha li kuljum jagħtu sehemhom biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom l-aqwa opportunitajiet possibbli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport