Wednesday, November 27, 2024

L-ekonomija Maltija kibret b’4.9% fit-tielet kwart tal-2024

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija kibret b’4.9% u dan skont stimi proviżorji li ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Dawn l-istimi wrew ukoll li l-Prodott Domestiku Gross żdied b’ €435 miljun bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena.

F’rapport ippubblikat, l-NSO jgħid li f’termini reali, l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’4.9% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dwar il-Prodott Domestiku Gross l-NSO jirraporta li fit-tielet kwart ta’ din is-sena dan laħħaq il-€5,900 miljun. Ir-rapport jgħid li dan it-tkabbir ekonomiku ġie kkalkulat kemm mill-produzzjoni, mill-konsum u mill-qligħ.

Kważi s-setturi kollha ġġeneraw aktar attività fl-ekonomija u dan irifletta f’żieda ta’ aktar minn 223.6 miljun fil-pagi tal-ħaddiema, fi kważi €210 miljun mill-operat tal-intrapriżi u aktar minn €0.3 miljun f’taxxi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport