Saturday, November 23, 2024

L-Emerġenza tara mat-350 pazjent kuljum

Aqra wkoll

Investiment ta’ madwar €600,000 f’ċentru ġdid tal-112

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt it-tnedija taċ-ċentru tal-kontrolli ġdid qal li bħala awtoritajiet tas-saħħa jinsabu għaddejjin b’titjib tas-sistemi anke jekk dawn huma meqjusin fost l-aqwa. Il-Ministru qal li t-tim ta’ rispons huwa wieħed eċċellenti fil-mod ta’ kif joħroġ jagħti s-servizz tiegħu f’każi ta’ emerġenza.  

Fearne ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin pajjiżna se jkun qiegħed jirċievi flotta ġdida ta’ 15-il ambulanza ġdida biex ikollna servizz aktar up to date fejn jidħlu l-ambulanzi nfushom. Tkellem dwar dan iċ-ċentru tal-kontrolli ġdid li se jibda jopera mill-ġimgħa d-dieħla wara li jitlesta t-taħriġ tal-professjonisti f’dan iċ-ċentru.

Il-Ministru spjega li 70 fil-mija tat-telefonati li jidħlu fuq il-linja telefonika tal-112 ikunu sejħiet ta’ emerġenza medika. Dawn it-telefonati jkunu diretti lejn Mater Dei u fil-fatt dan id-dipartiment jara mat-350 pazjent kuljum li terz minnhom jaslu bl-ambulanzi.

Apparti l-investiment teknoloġiku modern, dan iċ-ċentru ġdid huwa mgħammar b’sistemi ġodda ta’ software inkluż ta’ intelliġenza artifiċjali li tgħin l-awtoritajiet biex il-pazjent ikun assistit fl-iqsar ħin possibbli. Infatti is-sistema b’kollaborazzjoni ma’Transport Malta se jkollha aġġornament reali tas-sitwazzjoni tat-traffiku madwar il-pajjiż biex b’hekk meta toħroġ sejħa, tkun ikkalkulata l-aktar rotta effiċjenti biex il-pazjent jingħata l-assistenza kemm jista’ jkun malajr.

Il-Ministru spjega li permezz ta’ investiment ta’ madwar €600,000, f’dan il-call centre se jkun qiegħed itejjeb il-ħajja tan-nies u se jkun jinkludi investiment ieħor bħalma huma ambulanzi b’moniteraġġ u anke kameras tas-sigurtà għal aktar effiċjenza.

Sport