Monday, May 13, 2024

L-ewwel vapur tal-passiġġieri jitfi l-magni u jibda jitħaddem bl-elettriku

Aqra wkoll

L-ewwel vapur tal-passiġġieri (cruise liner) tefa’ l-magni u qed jitħaddem bl-elettriku waqt li jinsab sorġut fil-Port il-Kbir bħala parti mix-ShoreToShip, proġett ambjentali li mistenni jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri f’din il-parti ta’ Malta.

Permezz ta’ dan l-investiment, Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir. Fi żvolta kruċjali, ilbieraħ filgħodu l-vapur tal-passiġġieri Viking Saturn, li jtajjar il-bandiera Norveġiża, beda jieħu l-elettriku biex sar l-ewwel vapur li tefa’ l-magni u qed jitħaddem esklussibament bl-elettriku.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li fl-aħħar ġimgħat saru testijiet estensivi fuq is-sistema. Dan il-cruise liner, li jinsab sorġut mal-mollijiet ta’ Pinto 1/2, qed jirċievi b’3.1 Mega Watt fis-siegħa. Dan il-proġett se jkun qed jagħmel lil Malta minn tal-ewwel fil-Mediterran li jintroduċi sistema tal-elettriku mix-xatt għall-vapuri tal-passiġġieri.

Sport