Thursday, July 2, 2026

“L-għaqda ta’ bejnietna trid tibqa’ prijorità assoluta” – Dr Alex Agius Saliba

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll


Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u l-Ewroparlamentari Dr Alex Agius Saliba stqarr li dan il-vot qawwi ta’ fiduċja jkompli jimlieh b’aktar kuraġġ sabiex flimkien jaħdmu aktar.

“Naħdmu aktar sabiex naraw dan il-partit li tant inħobbu jkompli jiġġedded u jissaħħaħ. Vot ta’ fiduċja ieħor wara r-raba’ vot ta’ fiduċja konsekuttiv li tana l-poplu Malti u Għawdxi biex inkomplu mmexxu dan il-pajjiż ’il quddiem,” qal Dr Agius Saliba.

Huwa tenna jgħid li “l-għaqda ta’ bejnietna trid tibqa’ prijorità assoluta. L-aqwa element li kompla jagħmel lil dan il-partit u lil dan il-moviment rebbieħ kienet l-għaqda u r-rispett ta’ bejnietna dejjem u kullimkien.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport