Thursday, May 28, 2026

L-GĦAŻLA TA’ NHAR IS-SIBT

Aqra wkoll

Wasal il-mument fejn il-poplu se jkun qiegħed jiddeċiedi. Se jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu. Dwar it-triq li jrid jieħu pajjiżna fis-snin li ġejjin. Dik ta’ nhar isSibt li ġej se tkun għażla importanti. Il-poplu bi ħġaru għandu joħroġ jivvota biex jeleġġi lil min irid imexxih fil-leġiżlatura li jmiss. 

Għalhekk din se tkun għażla kruċjali għall-futur ta’ dan il-pajjiż. Sal-lum f’nofsillejl kull min għadu ma ġabarx id-dokument tal-vot jista jagħmel dan. Bil-partiti politiċi qegħdin ikomplu jaħdmu salaħħar ħinijiet biex jikkonvinċu lil dawn il-persuni sabiex imorru jiġbru d-dokument tal-vot. F’dan il-kuntest kollu, nemmnu li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej qatt ma kienet ċara daqs illum. 

Smajna liż-żewġ partiti politiċi ewlenin iressqu l-proposti tagħhom matul din il-kampanja elettorali. Il-poplu seta’ jifhem aħjar dak li l-partiti qegħdin jipproponu. Fuq naħa Gvern Laburista b’miżuri costed u fattibbli u li jkomplu jibni fuq il-ħafna tajjeb li diġà sar fis-snin li għaddew. Mentri fuq in-naħa l-oħra, il-partit fl-Oppożizzjoni ma ħalliex wisq effett bil-proposti tiegħu, liema proposti aktar ħallew mistoqsijiet milli tweġibiet. 

Fuq kollox, f’din il-kampanja spikka kemm il-Prim Ministru Robert Abela kien aktar konvinċenti mill-Kap talOppożizzjoni Alex Borg. Għalhekk, issa li wasalna jumejn biss bogħod mill-jum deċiżiv li fih il-poplu se jiddeċiedi d-destin tiegħu, fin-nofs mhemmx biss ilfutur tal-ġenerazzjoni preżenti, imma ta’ bosta ġenerazzjonijiet li jridu jiġu warajna. Meta tinkiteb l-istorja ta’ dan iż-żmien, żgur li dawk li jiktbuha, bilfors ikollhom iqisuha bħala waħda ferm kritika u diffiċli għal dawk li għexu l-maltempati kbar li seħħew f’dawn is-snin.  

Il-maltemp kollu li laqqat pajjiżna sa millewwel jiem li l-Prim Ministru Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra, ippruvaw kemm hu bniedem sod, b’rieda tal-azzar u li baqa’ kalm biex jippjana bil-għaqal fit-tul, fl-istess ħin li mela lil sħabu u lill-poplu kollu bit-tama, il-kuraġġ u l-fiduċja f’ġejjieni aħjar mil-lum. Fuq kollox, id-deċiżjoni tas-Sibt li ġej se tkun waħda wkoll ibbażata fuq il-kredibilità u l-konsistenza, bl-elettorat se jiddeċiedi liema gvern huwa l-aktar kapaċi biex jissalvagwardja l-futur tal-familji tagħhom u tal-pajjiż innifsu għas-snin li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport