Tuesday, May 14, 2024

L-Industrija Finanzjarja kontribwixxiet b’aktar minn €1.1 biljun fl-ekonomija fl-2022

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet, l-Industrija Finanzjarja f’pajjiżna kkontribwixxiet b’aktar minn €1.178 biljun fil-Valur Gross Miżjud fl-ekonomija Maltija, dan ifisser żieda ta’ 4.3% meta mqabbel mas-sena 2021.

Dawn il-figuri ħarġu mir-rapport li ġie ppreżentat mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, li jagħti ħarsa dwar is-sitwazzjoni ekonomija f’Malta matul is-sena li għaddiet.

L-MFSA fir-rapport innota li matul is-sena li għaddiet l-industrija finanzjara rat żieda wkoll fl-impjiegi. B’kollox kien hemm żieda ta’ 17,000 impjieg li jfisser 26% meta mqabbel mas-sena 2021.

Ir-rapport jinnota wkoll li kien hemm żieda fl-applikazzjonijiet li rċiviet l-Awtorità, fejn b’kollox irċiviet 355 applikazzjoni, li 24 fil-mija minnhom ġew irtirati jew irrifjutati.

L-MFSA introduċiet żewġ funzjonijiet ġodda li huma waħda dwar is-sorveljanza tas-swieq kapitali u oħra għal trustees. Dawn iż-żewġ funzjonijiet ħallew il-frott mixtieq hekk kif kien hemm 44 azzjoni ta’ infurzaw, li ammontaw għal pieni ta’ kważi €150,000.

It-titjib għall-ħiliet tal-ħaddiema baqa’ ta’ prijorità għall-Awtorità, bil-Financial Supervisors Academy wettqet aktar minn 21,000 siegħa ta’ taħriġ lit-tim, fosthom b’aktar minn 2,000 siegħa ta’ taħriġ speċifiku kontra l-ħasil ta’ flus.

Sport