B’referenza għal diversi rapporti li dehru fil-media dwar investigazzjonijiet tal-Pulizija fir-rigward ta’ wħud mill-ġurati fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech, għandu jiġi ċċarat li l-investigazzjoni hija marbuta mal-ġurament meħud mill-ġurati qabel il-bidu tal-ġuri.
L-investigazzjoni tal-Pulizija hija ffukata esklussivament fuq dawn id-dikjarazzjonijiet,speċifikament fuq kummenti pubbliċi li wħud mill-ġurati setgħu allegatament għamlu qabel beda l-ġuri, u mhux fuq xi teorija jew allegazzjoni oħra li setgħet ġiet irrappurtata fil-media.
F’dan l-istadju, il-Pulizija tappella għall-kawtela u l-prudenza fir-rappurtaġġ u sabiex jiġu
evitati spekulazzjonijiet li jistgħu jippreġudikaw l-investigazzjoni li għaddejja.
