Monday, December 23, 2024

L-investiment fil-qasam soċjali se jibqa’ jkun prijorità

- il-Ministru Michael Falzon

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-investiment fis-soċjal se jibqa’ fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern għas-snin li ġejjin. Tant huwa hekk illi diġà hemm pjanijiet biex il-qasam soċjali jinkludi miżuri oħra anke għal min jiġi bżonnhom. Dan qalu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon meta kien qed jitkellem dwar l-iżvilupp tal-qasam soċjali f’dawn l-aħħar sentejn ta’ Gvern Laburista.

Il-Ministru Falzon stqarr li filwaqt li llum hawn aktar minn 100,000 pensjonant, dan huwa rifless fl-importanza li l-Gvern ikompli jagħti lil dawk bil-pensjoni. “F’dawn is-sentejn bqajna nagħtu prijorità lill-pensjonijiet,” huwa żied jgħid.

Il-Ministru Falzon semma li l-budget allokat din is-sena għan-nefqa soċjali hija l-akbar waħda li qatt ra pajjiżna, dik ta’ €2.2 biljun. Tkellem ukoll dwar l-investiment li qed isir fil-qasam tad-diżabilità u rrefera għal għajnuniet oħra li qed jingħataw fejn semma fost oħrajn kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bdew jitħallsu l-ewwel pagamenti tal-in-work benefit u tal-Carer’s Grant għal din is-sena.

“It-tkabbir ekonomiku jibqa’ dejjem fuq quddiem nett. Mingħajr tkabbir ma tistax twettaq l-ambizzjonijiet soċjali li jkollok. Li jkollok is-suċċess ekonomiku u t-tkabbir ekonomiku, niffaċilitaw l-investiment u fl-istess ħin naraw kulħadd jieħu biċċa u tgħin l-aktar lil dawk li għandhom bżonn,” temm jgħid il-Ministru Falzon.

Ekonomija

Sport