“L-investiment fis-saħħa jrid iwieġeb għall-ħtiġijiet tan-nies u jħejji lil pajjiżna għas-snin li ġejjin”- id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Ian Borg 

… b’investiment ta’ €120 miljun se ssir l-estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza l-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

“L-investiment fis-saħħa jrid iwieġeb għall-ħtiġijiet tan-nies u jħejji lil pajjiżna għas-snin li ġejjin. Hekk kif il-popolazzjoni tikber u aktar persuni jgħixu ħajja itwal, irridu nżidu l-kapaċità tas-servizzi tagħna u ntejbu l-faċilitajiet fejn nagħtu l-kura. Dan huwa l-ħsieb wara l-proġetti li qed inniedu, fosthom l-investiment fl-Emerġenza u l-iswali tal-kura akuta tas-saħħa mentali f’Mater Dei”

Iddikjara dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Ian Borg, hekk kif bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-estenzjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, li qed isir b’investiment ta’ €120 miljun. 

Il-Ministru Borg semma wkoll l-proġetti li qed isiru fil- helipad tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ix-xogħlijiet ta’ rinovazzjoni fl-Isptar Monte Karmeli, il-bini l-ġdid tal-Medical Imaging Department kif ukoll il-ftuħ ta’ żewġ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei. Irrmarka li flimkien ma’ dawn, qed issir ukoll ħidma fuq proġetti fit-tul biex binjiet u spazji li ilhom wisq żmien mhux utilizzati jibdew jagħtu kontribut siewi lis-servizz tas-saħħa.

Dwar dan, il-Ministru Borg żied jgħid; “Madanakollu, nafu li l-infrasttruttura weħidha mhix biżżejjed. Għalhekk, fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura mexxejna wkoll riformi li jagħtu aktar saħħa lit-tobba tal-familja fost oħrajn u li jissimplifikaw il-proċessi, sabiex il-pazjenti jkollhom aċċess aktar faċli għall-kura u inqas burokrazija”.

“It-titjib fl-infrastruttura jrid jimxi id f’id ma’ bidliet fil-mod kif jingħata s-servizz. Għalina, is-suċċess ta’ din il-ħidma jitkejjel fid-differenza li tagħmel fil-ħajja tan-nies, meta l-pazjenti jinqdew aħjar u l-ħaddiema jkollhom l-ispazju, l-għodod u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jagħtu l-aqwa kura possibbli,” tenna jgħid id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Dr Ian Borg.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport