Il-ftehim mal-Istati Uniti biex jintemm il-ġlied fl-Iran jinsab fil- qrib u dan jinkludi l-ftuħ mill-ġdid tal-Istrett ta’ Hormuz. Iddikjara dan il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iran.
Seyed Abbas Araghchi qal f’kumment fuq it-televiżjoni tal-istat li l-ftehim jinkludi wkoll it-tneħħija tal-imblokk tal-Istati Uniti fuq l-Iran, iżda li t-taħditiet dwar il-programm nukleari tal-Iran huma mistennija li jibdew aktar tard.
Uffiċjali tal-Istati Uniti kkonfermaw xi wħud mid-dettalji tal-ftehim u qalu li l-benefiċċji ekonomiċi għall-Iran jiddependu fuq jekk Tehran jissodisfax l-obbligi tiegħu. Minkejja li qablu dwar waqfien mill-ġlied f’April, l-Istati Uniti u l-Iran komplew bl-attakki ttagħhom, inkluż żewġ rawnds ta’ attakki din il-ġimgħa.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal nhar il-Ħamis li kien ikkanċella “attakki skedati” kontra l-Iran, għaliex in-negozjaturi kienu “għadhom kif għamlu ftehim tajjeb” – ftehim li x’aktarx kien se jiġi ffirmat imminenti.



