Wara li ntlaħaq ftehim bejn l-APH Ltd. u l-MCAST, l-isptar tal-annimali ġewwa ta’ Qali mistenni li jiftaħ u jerġa’ jibda joffri s-servizzi fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, hekk kif kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentar li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Janice Chetcuti.