Wednesday, June 10, 2026

L-Istati Uniti twettaq attakk fuq l-Iran wara li twaqqa’ ħelikopter

Aqra wkoll

L-Istati Uniti wettqet diversi attakki mill-ajru fuq l-Iran fosthom fuq bażijiet militari u anke siti ta’ sorveljanza wara li r-reġim waqqa’ ajruplan Amerikan fil-Gulf.

L-attakki li saru qrib ħafna l-Istrait ta’ Hormuz ġew ikkonfermati mill-militar Amerikan fejn qalu li dawn saru b’ritaljazzjoni għal attakk imwettaq mill-Iran.

B’risposta għal dawn l-attakki, ir-Reġim Iranjan spara diversi missili lejn bażijiet militari tal-Istati Uniti fosthom fil-Bahrain, fil-Ġordan u anke fil-Kuwait.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump li aktar kmieni din il-ġimgħa talab lil Iżrael biex ma twettaqx aktar attakki fuq l-Iran, qal li r-reġim spara u waqqa’ ħelikopter. Trump  ikkonferma li ż-żewġ piloti ma sofrew l-ebda ġrieħi u ġew salvati mill-militar tal-Istati Uniti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport