Il-Pulizija tad-distrett ta’ Għawdex ilbieraħ arrestaw raġel li allegatament kellu d-droga fuq. L-arrest sar wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija f’Għawdex.
Sorsi qrib il-korp tal-Pulizija qalulna li fuq ir-raġel ta’ nazzjonalità barranija allegatament instabu 5 grammi kokaina u madwar 20 gramma kannabis.
Hu mistenni li jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
L-Ispettur Josef Gauci qiegħed imexxi l-investigazzjonijiet.


