Id-Dwana ta’ Malta fl-aħħar ħinijiet irnexxielha tinterċetta 113-il kilo ta’ kokaina f’ħidma oħra ta’ suċċess fil-kontroll ta’ traffikar tad-drogi fil-pajjiż mill-Port Ħieles.
Din is-sejba saret wara li tqajmu suspetti fuq kontejners li kienu fil-freeport. Fil-fatt ilbieraħ filgħaxija wara li saret tfittixija nstabu 113-il kilogramma ta’ kokaina moħbijin f’disa’ pistons industrijali.
Dawn kienu miżmumin f’kontejner li wasal mill-Costa Rica u kien destinat għal-Libja. Il-pistons tqattgħu fil-preżenza tal-Pulizija biex tkun tista’ tinħareġ id-droga.
Jirriżulta li l-valur tal-droga maqbuda hu ta’ aktar minn €12-il miljun.


