Tuesday, June 30, 2026

L-istraġi ta’ Viareggio…. l-eks kap tal-Ferrovie dello Stato jispiċċa l-ħabs

Aqra wkoll

L-istraġi li kienet seħħet fi Viareggio fid-29 ta’ Ġunju tas-sena 2009 wasslet biex l-eks kap tal-kumpanija Ferrovie dello Stato, Mauro Moretti weħel ħames snin ħabs għad-diżastru ferrovjarju  li kien ħalla 32 persuna bla ħajja. Battalja legali li kienet għaddejja intemmet fl-aħħar jiem.

Hu spiċċa l-ħabs hekk kif il-Qorti Suprema Taljana ċaħdet l-appelli u żammew is-sentenzi ta’ ħames snin għall-eks CEO ta’ Ferrovie dello Stato (FS) u RFI Mauro Moretti.

Moretti iddikjara li kien sejjer il-ħabs iżda iddikjara li kien innoċenti. “Ma nistax nagħmel mod ieħor, naċċetta d-deċiżjoni tal-imħallfin. Nirrispetta l-Istat”, kien irrappurtat li qal Moretti. Hu qed jinżamm fil-ħabs ta’ Orvieto.

It-traġedja kienet tirrigwarda ferrovija tal-merkanzija, li ħarġet mill-binarji u daħlet f’għadd ta’ djar fil-belt  ta’ Viareggio. Wara din ikkawżat splużjoni u nar li qatlu 32 persona.

Il-ferrovija b’14-il vagun kienet qed tivvjaġġa minn La Spezia għal Pisa meta vagun minn wara ħabtet f’viċinat residenzjali ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija ftit qabel nofsillejl.

Vagun tal-ferrovija mimli b’gass likwifikat,  taħlita ta’ butan u propan – sploda, u waqa’ ħames bini u ta n-nar liż-żona tal-madwar. Id-djar ġarrfu jew inħarqu, u qatlu r-residenti waqt li kienu reqdin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport