Monday, November 4, 2024

L-MEP Daniel Attard jikteb lil Ombusman Ewropea  dwar il-kunflitt ta’ interess ta’ Roberta Metsola

Aqra wkoll

Il-każ li jinvolvi ir-regolamenti li kienet introduċiet il-President tal-Parlament Roberta Metsola wara l-każ Qatar Gate, liema regolamenti jitkellmu dwar kunflitti ta’ interess għall-membri Parlamentari Ewropej u liema regolamenti ma japplikawx għaliha nfisha, kellu żvolta ġdida.

Dan hekk kif il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Daniel Attard kiteb lill-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea, Emily O’Reilly, u talabha tinvestiga lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Dan sar kemm dwar l-aħħar każ ta’ konflitt ta’ interess li ġie żvelat din il-ġimgħa kif ukoll dak ta’ nepotiżmu bil-ħatra tar-raġel t’oħtha b’salarju fenomenali l-ġimgħa l-oħra.

Il-każ marbuta mar-regolamenti dwar kunflitt ta’ interess inħareġ wara rapport minn Politico, li żvela kif Metsola, li introduċiet regoli dwar konflitti ta’ interess obbligatorji għal kulħadd fil-Parlament Ewropew, rat li hi tkun l-unika eċċezzjoni u dawn ma jkunux japplikaw għaliha nnifisha. Ir-rapport tkellem dwar kif ir-raġel ta’ Roberta Metsola, Ukko Metsola, hu wieħed mill-aktar lobbyists b’saħħithom fl-istituzzjonijiet Ewropej u, f’isem l-industrija tal-cruiseliners.

Ta’ min jgħid li meta ddaħħlu ir-regoli dwar kunflitt ta’ interesseret fil-bidu tas-sena l-oħra, wara l-każ Qatargate, Roberta Metsola kienet iddikjarat li riedet tibni mill-ġdid il-fiduċja u tikkonferma li l-istituzzjoni hi waħda moderna u miftuħa.

Minkejja dan, sena u disa’ xhur wara, issa sar magħruf li l-Ewroparlamentari Nazzjonalista eżentat lilha nnifisha kompletament minn kull etika u trasparenza, li wieħed jippretendi minnha.

Fit-talba tiegħu lill-Ombudsman O’Reilly, Dr Daniel Attard ukoll jirreferi għall-każ ta’ nepotiżmu sfaċċat minn Roberta Metsola meta ħatret lir-raġel t’oħtha Matthew Tabone bħala Kap tal-Kabinett tagħha b’salarju ta’ għoxrin elf ewro kull xahar.

Politico fl-aħħar sigħat ħareġ allegazzjonijiet dwar il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Mersola. F’artiklu li ppubblika dan is-sit, ġie allegat li Metsola ma ddikjaratx l-inter- ess ta’ żewġha Ukko li hu Finlandiż fejn għandu interessi fl-industrija tal-cruiseliner fost l-oħrajn fir-Royal Caribbean Group. 

Politico jirrapporta li Metsola wara l-każ tal-2022 Qatargate kienet imbuttat bis-saħħa kodiċi tal-edika ġdid li kull Uffiċjal Għoli tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara kull kunflitt ta’ interess anke jekk ikun jinvolvi l-familja tiegħu.  Jgħid li Metsola ma ħassitx li kellha tagħmel dikjarazzjoni dwar Ukko li hu wieħed mill-akbar lobbyist fl-Ewropa. 

L-istess sit tal-aħbarijiet ikkwota lil Nicholas Aiossa, Direttur ta’ Transparency International EU jiġi kwotat jgħid li “ma hemm l-ebda raġuni għaliex il-President Metsola – jew kull president ieħor – għandu jiġi eżentat milli jagħmel dikjarazzjonijiet bħal dawn.” 

Nicholas jiġi kwotat jgħid li “jien inkompli nargumenta li żewġek jew martek li huma nvoluti f’attività li minnha taqla l-flus jew anke jekk ma taqlax, li bil-pożizzjoni  tagħhom jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-politika Ewropea, dawk l-uffiċjali għandhom jiddikjaraw dan l-interess.” 

Skont dak li ġie rrapportat minn Politico, ir-raġel ta’ Metsola anke talab laqgħat ta’ Royal Caribbean Group mal-Unjoni Ewropea. Emails li jinsabu f’idejn is-sit Politico jgħidu li hu ġie mwieġeb f’inqas minn tliet kwarti u ngħata appuntament għal ġimgħa ta’ wara.


Intant, Jüri Laas, il-kelliem għall-President Metsola ċaħad li r-rwol ta’ żewġha kellha tiddikjarah. “Li wieħed jipprova jikklassifika li l-impjieg ta’ Ukko hu b’xi mod kunflitt ta’ interess huwa żbaljat. Li tkun miżżewwġa lil persuna li jaħdem ma jik- kontistix f’kunflitt ta’ interess u dan skont ir-regoli tal-Parlament Ewropew,” qal il-kelliem ta’ Metsola. 

Sport