Monday, October 28, 2024

L-MPE Dr Daniel Attard jiddefendi d-dritt ta’ Malta li tissussidja l-kontijiet tal-enerġija

Aqra wkoll

F’dibattitu dwar l-Unjoni tal-Enerġija fil-Parlament Ewropew, l-Ewroparlamentari Laburista Dr Daniel Attard saħaq li l-Unjoni Ewropea m’għandiex twaqqaf l-istati membri milli jipproteġu liċ-ċittadini tagħhom permezz ta’ sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl.

Huwa tenna li għal pajjiż żgħir bħal Malta u Għawdex, gżejjer fit-tarf tal-Ewropa, b’aċċess limitat għall-kumplament tal-Ewropa u b’konsum ferm aktar baxx minn pajjiżi oħra, l-ispiża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija hija ferm ogħla.

F’dan il-kuntest, Dr Attard insista li minflok tpoġġi lil kulħadd fl-istess keffa, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta l-bżonnijiet diversi tal-pajjiżi kollha tagħha.

“Għalhekk filwaqt li rridu nkomplu naħdmu fuq l-iżvilupp tal-enerġija nadifa, m’għandniex nirristrinġu miżuri bħas-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl, li huma essenzjali għal pajjiżi bħal Malta.”

Daniel Attard ikkonkluda li l-ġustizzja tfisser ukoll flessibilità, u Unjoni tal-Enerġija tassew inklussiva trid tħaddan dawn id-diverġenzi, mhux tikkastigahom.

Sport