Wednesday, April 24, 2024

L-Omicron jikkawża inqas “long Covid” fost dawk infettati meta mqabbel ma’ varjanti oħra

Aqra wkoll

Studju li sar fuq il-varjant tal-Covid-19 Omicron qiegħed juri li hemm inqas ċans li wieħed isofri minn sintomi ta’ “long Covid” jekk jiġi infettat b’dan il-varjant meta mqabbel ma’ varjanti oħrajn. 

L-istudju li sar minn King’s College London, juri illi l-possibbiltà li wieħed isofri minn sintomi fit-tul kawża tal-Omicron huma bejn 20% u 50% inqas meta mqabbla mal-varjant Delta. Iċ-ċifra tvarja skont kemm il-pazjent ikun ilu li ħa t-tilqima. Is-sintomi fit-tul tal-Covid ivarjaw minn għeja għal ‘brain fog’ u dawn jistgħu jdumu minn ġimgħat għal saħansitra xhur sħaħ. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-“long Covid” iktar qiegħda tiġi rikonoxxuta bħala problema li għandha tiġi miġġielda bis-serjetà. Dan kien l-ewwel studju li sar fuq l-Omicron f’dak li għandu x’jaqsam ma’ “long Covid”.

Minkejja r-riżultati inkoraġġanti, l-esperti qalu li ma jfissirx li n-numru ta’ persuni li qed isofru minn din il-kundizzjoni qed jonqsu u dan għax l-Omicron huwa ħafna iktar infettiv minn varjanti oħra u b’hekk ikun hemm iktar possibbiltajiet ta’ “long Covid”.

Sport