Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ħabbar li terminal ewlieni taż-żejt fit-tieni belt tar-Russja ta’ San Pietruburgu ġie milqut matul il-lejl mill-Ukrajna.
Huwa ddeskriva dan it-terminal bħala l-infrastruttura ewlenija li tiġġenera dħul għall-gwerra tar-Russja. L-Ukrajna qalet ukoll li waqt l-istess attakk, intlaqtet bażi navali Russa ewlenija fir-reġjun.
Il-Gvernatur ta’ San Pietruburgu, Aleksandr Beglov qal li l-belt kienet taħt attakk kbir li kien hemm jinvolvi wkoll drones. Huwa kkonferma li ħadd ma ndarab waqt dan l-attakk.
L-Ukrajna dan l-aħħar intensifikat l-attakki tagħha bid-drones fuq l-infrastruttura tal-enerġija tar-Russja. Dan kollu kkawża nuqqas mifrux ta’ fjuwil.
L-Ukrajna tgħid li l-faċilitajiet Russi taż-żejt u l-gass huma fil-miri peress li Moska tiddependi ħafna fuq l-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili biex tkompli l-isforz tal-gwerra tagħha.
Il-President Russu Vladimir Putin, li l-ġimgħa li għaddiet għamel dikjarazzjoni li hemm nuqqas ta’ fjuwil ikkawżat minn attakki Ukreni, nhar is-Sibt iffirma liġi abbozz ta’ liġi mmirat biex jagħti spinta lill-provvisti lis-suq domestiku tal-fjuwil.



