Monday, July 6, 2026

Multa u sentenza sospiża għal mara li heddet Imħallef

Aqra wkoll

Mara kienet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultata €1,000 talli heddet lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u tatha fastidju f’xogħolha s-sena li għaddiet.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Franco Agius ħareġ ordni ta’ trażżin, li tipprojbixxi lil Amanda Grech milli tavviċina lill-Imħallef jew lill-familjari tagħha, għall-perjodu ta’ tliet snin.

Dimech, ta’ 37 sena, wieġbet ħatja għall-akkużi li insultat u heddet lill-Imħallef kif ukoll li tatha fastidju. 

Hija kienet ukoll mixli li tat fastidju u insulentat lill-prokuratur legali Kimberly Bickle u li għamlet użu ħażin minn tagħmir ta’ komunikazzjoni elettronika. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin biex tkun protetta Bickle. 

F’Marzu tas-sena li għaddiet, l-Imħallef xehdet li hija ddeċidiet li tressaq ilment kriminali kontra l-mara dwar posts fuq Facebook mhux għaliha nfisha imma għal membri oħra tal-ġudikatura. 

Hija qalet li qatt ma kienet rat jew iltaqgħet ma’ Dimech waqt li kienet qed taqdi d-dmirijiet tagħha ta’ Mħallef, iżda l-prokuratur legali Kimberly Bickle kienet infurmatha dwar posts li l-imputata kienet tellgħet fuq Facebook. 

Dimech għall-ewwel kienet ċaħdet l-akkużi, iżda mbagħad wieġbet ħatja. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport