Monday, July 6, 2026

Raġel jitlef il-kontroll tal-vettura fil-Fgura… mara bi ġrieħi gravi u żagħżugħ bi ġrieħi ħfief

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-4:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident
tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara kien qed isuq vettura MG MG4 Electric, xħin tilef il-kontroll, laqat monument li jinsab f’nofs ir-roundabout u wara baqa’ dieħel f’parapett ta’ residenza.

Filvettura kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 19-il sena u mara ta’ 50 sena, it-tnejn mill-Ġermanja. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport