Saturday, June 13, 2026

L-UMANITÀ FIL-QALBA TA’ KULL DONAZZJONI TAD-DEMM

Aqra wkoll

Kull sena fl-14 ta’ Ġunju, id-dinja tingħaqad flimkien biex tiċċelebra l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, u biex jingħata ġieħ xieraq b’mod globali lil miljuni ta’ donaturi tad-demm b’mod volontarju li l-ġenerożità tagħhom issalva ħajjiet kuljum. Il-kontribuzzjonijiet tagħhom huma essenzjali għas-sistemi tas-saħħa kullimkien, billi jappoġġjaw lillpazjenti waqt emerġenzi, twelid, operazzjonijiet, trattament tal-kanċer u l-kura tul il-ħajja ta’ ħafna kundizzjonijiet serji. 

Il-kampanja ta’ din is-sena talGħaqda Dinjija tas-Saħħa, “Qatra Waħda ta’ Umanità. Agħti d-Demm. Salva l-Ħajjiet.”, tpoġġi l-umanità filqalba ta’ kull donazzjoni tad-demm. Tfakkarna li kull donazzjoni hija aktar minn att mediku: hija espressjoni qawwija ta’ solidarjetà, kompassjoni u responsabbiltà kollettiva. Ispirata mill-idea li l-umanità kollha tista’ tiġi riflessa f’qatra waħda, il-kampanja tenfasizza kif kull donatur jgħin biex jifforma linja tassalvataġġ li tgħaqqadna u tipproteġina lkoll. 

Filwaqt li l-avvanzi fix-xjenza, l-ittestjar u s-sistemi tas-sikurezza taddemm għamlu t-trasfużjoni aktar sikura minn qatt qabel, id-demm sikur jibqa’ dipendenti fuq nies lesti li jagħtu donazzjoni regolari u volontarja. Madankollu ħafna pajjiżi jkomplu jiffaċċjaw nuqqasijiet u aċċess mhux ugwali għal demm u prodotti taddemm sikuri, partikolarment f’ambjenti bi dħul baxx u medju. 

L-għanijiet ewlenin tal-kampanja ta’ din is-sena huma li tixpruna tkabbir sostnut fid-donazzjoni regolari u volontarja tad-demm madwar iddinja, filwaqt li tqajjem kuxjenza dwar l-impatt li jsalva l-ħajjiet taddonazzjoni tad-demm u l-plażma. L-istess kampanja għandha lgħan li tenfasizza l-kontribut vitali tad-donaturi tad-demm u tippromwovi l-valuri tas-solidarjetà u l-umanità u li tinkoraġġixxi lill-gvernijiet biex isaħħu u jinvestu fi programmi nazzjonali tad-demm biex jinkiseb aċċess universali għal trasfużjoni tad-demm sikura. 

Għalhekk, dak li se jiġi ċċelebrat għada huwa turija ċara tal-ġenerożità ta’ ħafna persuni inkluż tal-poplu Malti. Dan għaliex l-għoti tad-demm iservi mhux biss biex jiġu salvati lħajjiet imma wkoll il-fejqan ta’ ħafna nies sabiex ma jibqgħux għaddejjin mis-sofferenzi li jkunu għaddejjin minnhom kaġun tal-mard tagħhom. Flimkien, nistgħu tabilħaqq ngħinu biex niżguraw li demm sikur ikun disponibbli għal kulħadd, kullimkien, kull meta jkun meħtieġ

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport