Wednesday, July 24, 2024

Laqgħa memorabbli għal Cherise Farrugia b’rebħ ta’ żewġ finali

Jikteb Kenneth Vella

Aqra wkoll

Concerto Star u Givre Nonantais rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Dawn kienu l-finali tal-Prix d’Enghien għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Gold u l-Prix De Caen tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn għamlu parti mid-29 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Iż-żewġ rebbieħa tal-finali kienu misjuqa mis-sewwieqa rivelazzjoni tal-aħħar snin Cherise Farrugia. 

Fil-finali tal-klassi Gold, Farmer Du Moulinet (Paul Galea) li kien għal ħafma metri fl-ewwel pożizzjoni, ċeda meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Kien f’dak il-ħin li ż-żiemel ta’ Galea nqabeż minn Concerto Star (Cherise Farrugia) li ħa t-tieni rebħa staġjonali bi ftit minn Havaroche (Dylan Baldacchino) u Ex Aequo De Cosse (Jesmar Gafa’). Farmer Du Moulinet kellu jikkuntenta bir-raba’ post minn Destrier D’Or (Redent Magro). 

Il-finali tal-Prix De Caen għal żwiemel tal-klassi Copper kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali. Kien Givre Nonantais (Cherise Farrugia) li akkwista t-tielet rebħa nfila u l-żames tas-sena minn Fakir Piya (Rodney Gatt), Gima Tege (Clint Vassallo) u Fast Loulou (Noel Baldacchino). Invite De Star (Jason Zahra) temm warajhom f’dik l-ordni.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil.  Hawnhekk il-Franċiż Doosty (Noel Baldacchino) kien kontinwament quddiem u ħa l-ewwel rebħa tas-sena faċilment b’żewġ tulijiet minn Call Jack (Ludvic Ghigo) u Elan Baroque (Brian Hili). Dream Along (Charles Camilleri) daħal warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Likearollingstone (R. Gatt) Ħin – 2.06.5” (1.17.1”) 2. Zenit Karsk (B. Camilleri) 3. High Handed (G. Micallef) 4. Flexy Vert (J. Cutajar) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Gamine D’Hawai (R. Gatt) Ħin – 2.04.8” (1.16.1”) 2. Favori De Nay (Ch. Vassallo) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Ideal Pierji (J. Gafa’) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Fidji Badrec (R. Gatt) Ħin – 2.02.2” (1.14.5”) 2. Bay Bay King Tony (J. P. Polidano) 3. Skogans Lotten (J. Vella) 4. Fille Fingal (A. Cassar) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Galaxie D’Azur (P. Galea) Ħin – 2.00.8” (1.13.7”) 2. Miracle Of Heaven (R. Gatt) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Cooper Club (S. Schembri) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) Ħin – 2.02.1” (1.14.4”) 2. Hopeyousteponalego (N. Baldacchino) 3. Ingesson (P. Galea) 4. Zidane D.E. (Ch. Grech) 

VI Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Gima Tege (C. Vassallo) 4. Fast Loulou (N. Baldacchino) 5. Invite De Star (J. Zahra)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Doosty (N. Baldacchino) Ħin – 2.00.4” (1.13.4”) 2. Call Jack (L. Ghigo) 3. Elan Baroque (B. Hili) 4. Dream Along (Ch. Camilleri)

VIII Tiġrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Concerto Star (Cherise Farrugia) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Havaroche (D. Baldacchino) 3. Ex Aequo De Cosse (J. Gafa’) 4. Farmer Du Moulinet (P. Galea) 5. Destrier D’Or (R. Magro) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Elegant Frost (P. Galea) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Oh Ah Kennedy (D. Baldacchino) 3. Bottarus (D. Debono) 4. Global Rebel (Ch. Camilleri) 

Ekonomija

Sport