Libjan qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li llum għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut ‘inċident tat-traffiku fi Triq Marsaxlokk, Marsaxlokk.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tat-Toyota Yaris li kien qed isuq u kellu impatt ma’ arblu kif ukoll ħajt.
Fil-vettura kien hemm ukoll Libjan ieħor ta’ 28 sena residenti s-Swieqi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.