Friday, April 26, 2024

Lionel Messi jingħaqad ma’ Inter Miami

Aqra wkoll

Il-leġġendarju Arġentin, Lionel Messi, se jingħaqad mal-club Amerikan, Inter Miami, wara li ntemmlu l-kuntratt tiegħu ma’ Paris St-Germain. 

Dan minkejja li huwa kien qed jiġi segwit minn Barcelona u minn Al Hilal tal-Arabja Sawdija. 

Messi kellu t-tentazzjoni li jingħaqad ma’ Inter Miami għal bosta raġunijiet fosthom stil ta’ ħajja, u ftehim ma’ ditti kbar li jestendi lil hinn mill-football. Barra minn hekk huwa diġà għandu dar f’Miami.

Huwa skorja 32 goal f’75 logħba għal PSG u spiċċa dan l-istaġun b’16-il goal u 16-il assist f’Ligue 1.

Messi huwa l-iskorer rekord ta’ Barcelona b’672 goal u rebaħ 10 titli La Liga, erba’ Champions League u seba’ Copa del Rey … minbarra t-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina. 

Sport