Thursday, March 28, 2024

Waterpolo: Sirens jiddominaw u jirbħu s-Super Cup tan-Nisa

Aqra wkoll

Sirens……………..13

San Ġiljan………….7

(4-2, 3-1, 2-3, 4-1)

Sirens iddominaw il-finali tas-Super Cup tan-Nisa biex għelbu lil San Ġiljan bl-iskor ta’   ta’ 13-7. Għalihom spikkat ferm il-Player tas-Sena għall-istaġun 2022, Kaia Agius, li skorjat xejn inqas min sitt goals, jiġifieri kważi nofs il-goals tat-team minn San Pawl il-Baħar. Min-naħa l-oħra, Shanice Cassar kienet l-aqwa skorer għal San Ġiljan, hekk kif irreġistrat hat-trick personali għalihom.

Sirsens rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2 permezz ta’ Kaia Agius (3) bit-tielet goal  jasal minn penalty u Denise Micallef ukoll minn penalty. Shanice Cassar u Abby Bonello wieġbu għall-Ġiljaniżi.

Sirens rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk aċċertaw  ruħhom mir-rebħa, bl-iskorers ikunu Martha Perice Ferrante u Kaia Agius (2). Shanice Cassar reġgħet sabet ix-xibka għas-Saints.

San Ġiljan wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals tagħhom jaslu minn Nadya Azzopardi (2) u Elena Borg. Denise Micallef u Elaya Montfort wieġbu għal Sirens.

Sirens irritornaw għar-rebħ fl-aħħar sessjoni, fejn għamlu dan bl-iskor ta’ 4-1, bil-protagonisti jkunu Kaia Agius, Martha Perici Ferrante (2) bl-ewwel goal tagħha jasal minn penalty u Zea Cutajar Licari. Shanice Cassar reġgħet sabet ix-xibka għall-Ġiljaniżi.

Sirens: 1-Alexia Amato, 2-Elaya Montfort (1), 3-Elisa Amato, 4-Chloe Amato, 5-Martha Perici Ferrante (3), 6-Chloe Zammit, 7-Kendra Navarro, 8-Kaia Agius (6), 9-Denise Micallef (2), 10-Kay Attard, 11-Zaira Bartolo, 12-Zea Cutajar Licari (1), 13-Kelise Agius, 14-Nevise Agius Coach: Dale Dowling

San Ġiljan: 1-Stephanie Tanti Desjardin, 2-Nadya Azzopardi (2), 3-Michela Bonello Ghio, 4-Rhea Caruana Dingli, 5-Elena Borg (1), 6-Mackenzie Falzon, 7-Abby Bonello (1), 8-Ella Marie Miceli, 9-Janice Caruana, 10-Maria Christina Attard, 11-Sephora Camilleri, 12-Shanice Cassar (3), 13-Rihanna Babker, 14-Stella Tento, 15-Martina Grech Coach: Marko Martinic

Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri

Ekonomija

Sport