Wednesday, April 24, 2024

Waterpolo: Valletta jirbħu t-Tazza tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

Aqra wkoll

Valletta………………9

Marsaskala………..8

(1-4, 4-1, 1-2, 3-1)

Kienet finali mill-isbaħ dik li rat lil Valletta jegħlbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 9-8 wara rimonta mill-aqwa, biex b’hekk rebħu t-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports.

Marsaskala ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Benice Batori (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ivan Nagaev, Mark Carani (2) bl-ewwel goal tiegħu ukoll jasal minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Daniel Paolella.

Iżda fit-tieni sessjoni Valletta wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħuha bl-istess skor li bih Marsaskala ttrijonfaw fit-tieni waħda jiġifieri dak ta’ 4-1, biex ġabu l-iskor momentarjament indaqs. L-awturi tal-goals  kienu Seb Busuttil, Kieyan Borg minn man-up wara li tkeċċa Salamon Ferenc, Daniel Paolella u Daniel Rizzo wara li reġa’ tkeċċa Ferenc. Benice Bator skorja l-uniku goal għall-Iskalin.

Marsaskala rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers  ikunu Mark Carani u Salamon Ferenc. Kieyan Borg skorja l-goal waħdani għall-Beltin.

Valletta rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, fejn għalihom irnexielhom isibu x-xibka, Daniel Rizzo, Ivan Nagaev minn penalty u Andrija Vlahovic. Gerald Sammut sab ix-xibka għall-Iskalin.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo (3), 4-Jayden Cassar, 5-Seb Busuttil (1), 6-Andrija Vlahovic (1), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (2), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg (2), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe  Cremona

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera, 5-Raul Greco, 6-Salamon Ferenc (1), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (1), 11-Bence Batori (3), 12-Mark Carani (3), 13-Aidan Muscat, 14-Francesco Scardino, 15-Jamie Pace Mizzi Coach: Arpad Babay

Referees: Peter Balzan, A. Chimenti

Sport