Wednesday, April 24, 2024

Waterpolo: San Ġiljan jirbħu t-Tazza tal-President

Aqra wkoll

Sliema………………….6

San Ġiljan…………..10

(1-2), (2-3), (3-1), (0-4)

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Liam Galea, 5-Zach Mizzi (1), 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar (1), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitri Kholod (2), 11-Andrija Prlainovic, 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri, 15-Sam Engerer Coach: Dejan Savic

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton (2), 5-Maro Jokovic (1), 6-Matthew Zammit (3), 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (3), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Referees: Massimo Angileri, Luca Bianco   

San Ġiljan fetħu l-istaġun fuq nota pożittiva meta rebħu t-Tazza tal-President hekk kif għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 10-6, bil-logħba tiġi deċiża fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, li fiha s-Saints trijonfaw bl-iskor ta’ 4-0.

San Ġiljan għalmu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu mill-captain Matthew Zammit u d-debuttant Aaron Younger. Dmitrii Kholod li wkoll kien qed jagħmel id-debutt tiegħu din id-darba għal Sliema wieġeb għall-Blues.

Is-Saints reġgħu rebħu t-tieni sessjoni b’marġni ta’ goal din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Matthew Zammit, id-debuttant Marko Jokovic u Aaron Younger. Il-captain Jerome Gabarretta u ż-żagħżugħ Jayden Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Nichoal Bugelli rrispondew għas-Slimizi.

Fit-tielet sessjoni Sliema wettqu reazzjoni tajba u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu Dmitrii Kholod, Zach Mizzi u Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jake Bonavia. L-istess Jake Bonavia skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi.

Bl-iskor momentarjament indaqs, kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, bis-Saints jiskorjaw erbgħa mingħajr risposta permezz ta’ Ben Plumpton (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cutajar, Aaron Younger u Matthew Zammit.

Sport