Thursday, April 18, 2024

Lisa Marie Presley se tindifen ħdejn binha u missierha fi Graceland

Aqra wkoll

Lisa Marie Presley se tkun qiegħda tindifen ħdejn missierha Elvis u binha Benjamin fi Graceland.

Ħabbar dan wieħed mir-rappreżentanti tal-familja fl-aħħar dettalji b’rabta mal-mewt tal-unika tifla tar-Re tar-Rock ’n’ Roll Elvis Presley. 

Lisa Marie Presley mietet fl-età ta’ 54 sena wara li skont rapporti sofriet attakk f’qalbha. Binha u l-uniku neputi ta’ Elvis, Benjamin Keougħ kien wettaq suwiċidju fl-2020 meta kellu biss 27 sena.

F’waħda mill-aħħar kitbiet tagħha Lisa kitbet dwar it-tbatijiet tagħha biex timxi ’l quddiem wara l-aħbar tal-mewt ta’ binha. “Kelli naffaċċja mewt, niket u telf tal-ħajja sa minn meta kelli biss disa’ snin … donnu li kelli nġarrab aktar minn dak li persuna għandha ġġarrab f’ħajjitha, imma s’issa għadni għaddejja.

Hija ħalliet jibku t-telfa tagħha tlett ibniet u lil ommha Priscilla. 

Ekonomija

Sport