Friday, April 26, 2024

Żewġt irġiel jindarbu f’argument f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ seħħ argument fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.

Kien għall-ħabta tat-8:00 p.m meta żagħżugħ mill-Gambja ta’ 24 sena residenti San Ġiljan daħal fl-għassa tal-istess lokalità bi ġrieħi f’wiċċu.

Huwa allega li ftit minuti qabel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fi stabbiliment fi Triq San Ġorġ. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u sabet lill-allegat raġel ieħor, Pakistani ta’ 33 sena u residenti Tas-Sliema, li kellu wkoll xi ġrieħi. 

Iż-żewġt irġiel ittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport