Friday, May 3, 2024

Liverpool għandhom ‘Pjan B’ għal Jude Bellingham

Aqra wkoll

Liverpool se jfittxu li jimxu malajr fis-suq tat-trasferimenti dan is-sajf, jekk jitilfu lil Jude Bellingham.

Il-ġganti tal-Premier League kienu msemmija li jinsabu f’pożizzjoni b’saħħitha biex jittantaw lill-midfielder internazzjonali Ingliż f’Anfield minflok li jingħaqad ma’ Real Madrid.

Madankollu, il-muskolu finanzjarju huwa dejjem aktar prominenti fin-negozjati ma’ Dortmund, hekk kif il-club tal-Bundesliga se jżomm għal kemm jista’ jkun qrib is-somma mitluba minnu ta’ €150 miljun.

Rapporti jsostnu, li Liverpool huma ‘aktar improbabbli’ li jkunu jistgħu jassiguraw mossa għall-adolexxenti ta’ 19-il sena, iżda Jurgen Klopp mhux qed iċedi kompletament.

Rapporti jsostnu li Klopp huwa lest li jmur għall-midfielder ta’ Wolves, Matheus Nunes, bil-player ta’ 24 sena mpressjona f’Molineux.

Minkejja li ngħaqad biss fil-bidu tal-istaġun kurrenti, fi ftehim ta’ £42.2 miljuni mingħand Sporting Lisbon, Wolves qed jippreparaw ruħhom għal offerta, u jkun jiswa inqas min-nofs il-ftehim ta’ Bellingham.

Sport