Friday, May 3, 2024

Lula u Bolsonaro se jiffaċċjaw lil xuxlin fit-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali fil-Brażil

Aqra wkoll

L-elezzjoni Presidenzjali fil-Brażil se tkun qiegħda tidħol għat-tieni rawnd fejn ix-xellugi Luiz Inácio Lula da Silva se jkun qiegħed jiffaċċja lill-mexxej proviżorju lemini estrem Jair Bolsonaro. 

Hekk kif issa l-voti ġew magħduda kollha, Lula ki­seb 48% tal-voti filwaqt li Bolsonaro kiseb 43% – distakk ferm iżgħar minn dak li kienu qegħdin ibassru s-sondaġġi. Minħabba li Lula ma rnexxilux jikseb il-50% tal-voti, issa se jkun qiegħed isir it-tieni rawnd ta’ elezzjoni. B’hekk il-votanti Brażiljani għandhom erba’ ġimgħat ċans biex jiddeċiedu min se jkun qiegħed imexxi lil pajjiżhom. 

Il-possibbiltà li xi kandidat jikseb il-50% tal-voti fl-ewwel rawnd kienet tista’ tgħid waħda remota u dan hekk kif l-aħħar darba li din ġrat ġewwa l-Brażil kien 24 sena ilu. Iżda minkejja dan, waqt il-kampanji elettorali kemm Bolsonaro u anke Lula kienu taw tama lill-attivisti tagħhom li huma kapaċi li jiksbu dan ir-riżultat. 

Wara dan ir-riżultat wieħed jistenna li dawn iż-żewġ kandidati se joħorġu jgħidu li għamlu vittorja importanti. Min-naħa tal-kamp ta’ Lula se jgħidu li dan kien ritorn fenomenali fil-politika għal Lula hekk kif hu ma kienx ikkontesta l-elezzjonijiet tal-2018 minħabba li kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ ħabs minħabba li kien instab ħati b’korruzzjoni meta kien president. 

Min-naħa l-oħra l-kamp tal-President Bolsonaro se jargumentaw li minkejja li s-sondaġġi kienu qed juru li Bolsonaro se jġarrab telfa kbira, dan xorta waħda għadu fit-tellieqa. 

Dawn iż-żewġ kandidati huma rivali politiċi kbar, tan li u tista’ tgħid qattgħu l-maġġoranza tal-kampanji rispetti tagħhom jizzikaw lil xulxin.

Sport