Monday, May 18, 2026

‘Ma’ Fgura United FC hawn tim tekniku bravu u kumitat li jaħdem bla waqfien … ħerqan għal dak li ġej’ – Ryan Fenech

Aqra wkoll

Minn Christian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn dejjem kont nara kif nagħmel meta kont tifel biex inkun involut bil-ballun, u tista’ tgħid li bħal ħafna, il-ballun kienet l-aktar logħba popolari … l-imħabba tal-futbol tkun ġo fik. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek bħala kowċ ta’ Fgura United FC?

B’entużjażmu u passjoni, bħal f’kull esperjenza oħra, lest biex nagħti l-aħjar tiegħi sabiex ngħin lill-players u lill-club ikomplu jimxu ’l quddiem. Hawn team tekniku bravu u kumitat li jaħdem bla waqfien. Ħerqan għal dak li ġej.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza issa passata tiegħek bħala kowċ ta’ Marsa FC, u kemm tgħallimt minnha?

Kienet esperjenza sabiħa ma’ grupp ta’ plejers u nies madwar il-klabb li ħadmu u għamlu minn kollox fi staġun diffiċli. Iżda bħal kull esperjenza fil-futbol, dejjem titgħallem u tikber

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek bħala plejer mimlija suċċessi.

Ħolma ta’ tifel li kont immur insegwi l-partiti f’Ta’ Qali, ħolma li kelli x-xorti li nesperjenza fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Fil-qosor, esperjenza li għamlitni dak li jien illum.

X’differenza hemm bejn li tkun plejer u kowċ?

Hemm ħafna differenza. Bħala kowċ, il-preparamenti huma ħafna aktar intensi u varjati. Bħala plejer, il-preparazzjoni għat-training u għall-logħba hija xi ħaġa li kull plejer jagħmel b’mod personali. Imma bħala kowċ, trid taħseb għal kulħadd, tippjana u timmanġġja diversi aspetti – allura l-esperjenza hija kompletament differenti.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Naħseb li l-livell għola, iżda nemmen li bl-involviment ta’ ħafna plejers barranin, dan waħdu mhux biżżejjed biex it-titjib fil-logħba jibqa’ għaddej b’mod sostenibbli.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Nemmen li huma sodisfaċenti, għalkemm dejjem hemm lok għal titjib – speċjalment jekk irridu nibqgħu ntejbu l-esperjenza kemm għall-plejers kif ukoll għall-partitarji.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futbol huwa xi ħaġa li nħobb wisq. Nemmen li l-futur tiegħi fih nara bħala sfida — pass pass, nipprova nagħti l-kontribut tiegħi kif naħseb li hu l-aħjar.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Biex tkun ta’ suċċess, trid tgħaddi minn ħafna tlugħ u inżul. Imma l-messaġġ tiegħi hu wieħed ċar – kull min għandu ħolma għandu jaħdem għaliha, u b’xi mod jew ieħor, jasal fejn jixtieq!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport