Monday, June 8, 2026

‘Ma’ Msida SJ stajt nerġa’ nġib il-kunfidenza li kelli bżonn’ – Thomas Grima

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet mill-etá ta’ erba’ snin, fejn qattajt diversi snin man-Nursery ta’ Qormi FC, li napprezza mmens għax għamluni l-plejer li jiena llum. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Msida SJ FC. X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

Ma’ Msida SJ FC kienet opportunitá fejn stajt nerġa’ nġib il-kunfidenza li kelli bżonn minħabba l-istagun li kelli s-sena ta’ qabel. Għalkemm ma lħaqniex it- tragward tagħna li niksbu l-promozżjoni, peró konna magħqudin mill-bidu sal-aħħar tal-istaġun u kienet esperjenza li ma jien ħa ninsa qatt. 

Għall-istaġun li ġej, naħseb li t-tragward tagħna jibqa’ l-istess fejn it-tim ta’ Msida jixtieq ikun kompetittiv bħal kulħadd biex jerġa’ jkun fejn jistħoqqlu l-klabb.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent? U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Personalment, nemmen li morna ‘l quddiem ħafna minn kif konna meta konna żgħar. Issa l-grawnds bħal tas-Sirens, Mosta u s-Centenary Stadium kollha kellhom il-bidla u l-manutenzjoni li kellhom bżonn, u allura m’għandix x’ingerger. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Jiena dejjem nieħu l-futbol staġun bi staġun. Qatt ma tkun taf x’ħa jiġri fil-futbol peró nkun fejn inkun dejjem nuri determinazzjoni biex nilgħab u ngħin lit-tim fejn ikun hemm bżonn. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-limitu tiegħek huwa dak li tpoġġi inti! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport