Thursday, April 18, 2024

“Ma tgħaddix ġurnata li ma nsemmikx”… tmien snin mill-mewt ta’ Igor Scicluna

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Għaddew tmien snin mindu ngħatat l-aħbar li sfortunatament it-tfajjel Igor Scicluna miet ħabta u sabta fl-età ta’ 15-il sena. Tmien snin fejn ommhu tistqar li m’għadditx ġurnata waħda mingħajr ma ftakret fih.

Fuq il-paġna tal-midja soċjali li saret bħala memorja ta’ Igor, ommu kitbet messaġġ fejn fakret il-ġurnata traġika tat-23 ta’ Novembru 2013 meta binha ħa l-aħħar nifsijiet f’idejha.

L-omm qalet: “Fejn qatt kont nobsor li se narak tieħu l-aħħar nifsijiet f’idejja sabiħ. Kemm għajjatlu lill-Mulej dak il-ħin. Bdejt ngħajjat ‘Le Mulej, tiħodulix’. 

“Żomm idejk fuqna qalbi u fuq missierek li tant kien iħobbok. Inħobbok qalbi. Itlob għalina minn fejn qiegħed. Naf żgur li qiegħed post aħjar imma jien miegħi rridek. Ma tgħaddix ġurnata waħda li ma nsemmikx. F’dawn it-tmien snin qatt ma neħħejtek minuta minn moħħi.”

F’intervista li kienet saritilha, l-omm kienet irrakkontat kif dakinhar li miet Igor qalilha li dieħel jorqod għax kien qed iħossu għajjien u qalet li kienet l-ewwel darba li qalilha hekk. Sfortuntament ħuh iż-żgħir mar jgħidilhom li Igor kien qiegħed mal-art u deher jieħu l-aħħar nifsijiet. Minkejja li ċemplu l-ambulanza, dan kien kollu għalxejn.

Ekonomija

Sport