Monday, December 23, 2024

Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Minkejja wirja mill-aqwa li tat f’Malmö, l-Iżvezja, il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici ma rnexxilhiex tagħmilha għall-finali tal-Eurovision Song Contest li se jsir is-Sibt li ġej.

Sarah kantat id-diska “Loop” fl-ewwel pożizzjoni fit-tieni semifinali tal-lejla, li fih ħadu sehem 16-il pajjiż. L-għaxar pajjiżi li għaddew minn din is-semifinali kienu l-Latvja, l-Awstrija, l-Olanda, in-Norveġja, l-Iżrael, il-Greċja, l-Estonja, l-Iżvizzera, il-Ġorġja u l-Armenja.

Fl-ewwel semifinali ta’ nhar it-Tlieta, għaddew dawn il-pajjiżi: is-Serbja, il-Portugall, l-Islovenja, l-Ukrajna, il-Litwanja, il-Finlandja, Ċipru, il-Kroazja, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

Ma’ dawn l-20 pajjiż se jkunu qegħdin jingħaqdu ħames pajjiżi oħra magħrufa bħala l-Big 5 li huma Franza, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit flimkien mal-Iżvezja, il-pajjiż li rebaħ il-Eurovision is-sena li għaddiet.

Ekonomija

Sport