Saturday, August 29, 2026
Home Sport Malta Premier League: Draw ġust bejn Hamrun Spartans u Floriana

Malta Premier League: Draw ġust bejn Hamrun Spartans u Floriana

0
44
Ritratt: Dominic Borg

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans…… 1

Floriana……………….. 1

F’konfront mill-aktar eċċitanti, Hamrun Spartans u Floriana temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1 … b’dan ikun l-ewwel punt għall-Ispartans filwaqt li ċ-champions Floriana fal­lew l-ewwel żewġ punti tal-istaġun.

Madankollu, ir-riżultat seta’ mar kull naħa minħabba li ż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom u resqu viċin f’diversi drabi.

Barra minn hekk il-Ħamruniżi skorjaw l-ewwel goal filwaqt li Floriana sofrew l-ewwel goal tal-istaġun.

L-Ispartans ħadu l-inizjattiva fil-bidu tal-logħba u fl-10 minuta, Emerson Marcelina b’daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ barra wara li rċieva minn corner ta’ Marcelo Aguilar De Alves mil-lemin.

Seba’ minuti wara, l-eks player ta’ Floriana, Jake Grech, bidel il-ballun ma’ Damir Ceter qabel ma ttestja lill-goalkeeper, Guilherme Cioletti, li salva tajjeb.

Fis-17-il minuta, l-Ispar­tans fetħu l-iskor  meta Ognjen Bjelicic għadda lejn MARCELO AGUILAR DE ALVES li waħdu quddiem Cioletti, xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Ir-reazzjoni ta’ Floriana waslet fil-25 minuta. Paul Mbong xeħet corner mix-xellug u s-sostitut Tomislav Gudelj, li kien għadu kif ħa post Yassine Jbira, kellu d-daqqa ta’ ras tintemm barra.

Sitt minuti wara, kien   imiss li Owen Spiteri jitfa’ barra mill-corner ta’ Mbong.

Floriana komplew jippres­saw u fl-40 minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Carlo Zammit Lonardelli ġiet salvata minn mal-art mill-goalkeeper, Ħamruniż, Francisco Celio da Paz Silva.

Hamrun wiegbu fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta Ceter kważi rnexxielu jdur ma’ Cioletti, iżda l-goalkeeper Furjaniża interċetta tajjeb.

Floriana ħolqu diversi opportunitajiet fit-tieni taqsima iżda sabu lill-goalkeeper avversarju attent.

Fil-54 minuta, Ħamrun wieġbu permezz ta’ Marcello Trotta, iżda x-xutt qawwi tiegħu ġie newtralizzat minn Cioletti.

Tliet minuti wara, Marcelo tilef ċans kbir li jirdoppja l-vantaġġ wara pass ta’ Grech, iżda x-xutt tiegħu spiċċa għoli.

Floriana komplew ifittxu l-goal u fis-66 minuta Tomislav Gudelj laqat il-mimduda wara li sab ruħu waħdu quddiem Da Paz.

Madankollu, fis-74 minuta, Floriana kisbu d-draw meta Federico Varela ta free-kick qasir lil Robert Muric, li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Da Paz. Ir-referee Alex Johnson ikkonferma l-goal wara konsultazzjoni mal-FVS.

Hamrun S.: Francscso Celio da Paz, Rafael Compri, Sven Xerri, Matthew Guillauamier, Jake Grech (Ante Coric 69), Damir Ceter (Marcello Trotta 46), Vinxneno Polito, Ognjen Bjelicic, Serigne Saliou Thioune (Gonzalo Nicolas Virano 6) (Kean Scicluna 69), Marcelo Aguilar de Alves (Shaisen Attard 57), Emerson Marcelina  – Coach: Marco Amelia

Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Amar Drina, Paul Mbong (Alen Kurtalic 91), Kenan Dervisagic (Robert Muric 69), Federico Varela, Dunstan Vella, Gaston Ronao, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Yassine Jbira (Tomislav Gudelj 23)   – Coach: Daniel Porteal

Referee: Alex Johnson

assistenti: Kurt Saliba, David Castillo

Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara

Skorers: M. Aguilar de Alves 17 (HS), R. Muric 74 (F)

Ammoniti: O. Spiteri (F); O. Bjelicic, V. Polito (HS)

Player tal-Logħba: Matthew Guillaumier (Hamrun S.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here