Minn Cristian Muscat
Mil-lum sal-Ħadd li ġej tintlagħab it-13-il ġurnata tal-Malta Premier hekk kif it-taqtiegħa għall-ewwel post qed tintensifika wara ż-żewġ telfiet konsekuttivi tal-leaders Birkirkara wara li dawn kienu qed igawdu vantaġġ ta’ tmien punti.
U meta fadal erba’ logħbiet biex jiġi deċiż ir-rebbieħ tal-Ewwel Fażi, il- Karkariżi jridu jilagħbu f’partiti diretti kontra ż- żewġ timijiet li qed isegwuhom – Floriana u Sliema Wanderers rispettivament u għaldaqstant kollox jista’ jseħħ.
L-Istripes jibdew favoriti meta jiltaqgħu kontra Mosta filwaqt li mhux l-istess jista’ jingħad għal Floriana u Sliema Wanderers meta dawn ikunu nvoluti f’konfronti diffiċli kontra Hibernians u Hamrun Spartans.
Fil-Bottom Six, l-attenzjoni dejjem tkun immirata fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni … fejn hemm erba’ timijiet jissieltu biex ma jtemmux fl-aħħar żewġ postijiet.
Iżda anke jekk jiġri dan minħabba li fit-Tieni Fażi jistgħu jirrimedjaw il-pożizzjonijiet tagħhom.
Gzira, li jinsabu fl-ewwel post ta’ din il-kategorija jilagħbu kontra Naxxar Lions li fi tmiem il-ġimgħa li għadda nqalgħu mill-post ta’ qabel l-aħħar.
Marsaxlokk, li fil-bidu tal-istaġun kellhom aspettattivi kbar, jaffrontaw lil Melita filwaqt li l-aħħar konfront ikun bejn it-timijiet fl-aħħar żewġ postijiet – Balzan u Zabbar St Patrick.
Sliema W. v Hamrun S. – Sliema Wanderers, li ma ġewx megħluba fl-aħħar ħames ħarġiet fejn irreġistraw erba’ rebħiet, jiltaqgħu kontra Hamrun Spartans, friski mir-rebħa ta’ 2-0 fuq Birkirkara.
Dan huwa konfront bilanċjat u jista’ jmur kull naħa minkejja li l-Ispartans qed jutilizzaw bosta żgħażagħ f’dan it-tieni round tal-Ewwel Fażi qabel ma, f’Jannar li ġej, isaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu t-Tieni Fażi u jaqtgħu l-biljett għall-partita deċiżiva għar-rebħ tal- kampjonat.
Fl-ewwel round, il-Blues kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 u għaldaqstant jimmiraw li jiksbu double fuq l-Ispartans.
Floriana v Hibernians – Floriana, li jistgħu jħossuhom ferm fortunati li kisbu t-tliet punti kontra Mosta meta dawn tal-aħħar fallew penalty fil-ħin miżjud qabel ma l-Greens skorjaw l-uniku goal tal-partita, jaffrontaw lil Hibernians li ġejjin minn telfa ta’ 3-1 kontra Sliema Wanderers.
Floriana huma l-uniku team bla telfa iżda jekk iridu jżommu dan ir-rekord iridu jgħollu l-logħba tagħhom minħabba li l- wirja kontra Mosta xejn ma kienet konvinċenti.
Min-naħa tal-Pawlisti, huwa mperattiv li jirritornaw għar-rebħ minħabba li t-telf ta’ punti jaqtagħhom minn kull kuntatt mil-leaders Birkirkara.
Huma għandhom lil Khevin Rodrigo Fraga sospiż filwaqt li Floriana se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Emerson Santos De Souza minn sospensjoni.
Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 1-1.
Birkirkara v Mosta – Birkirkara jridu jagħrfu kif jirriorganizzaw lilhom infushom meta jiffaċċjaw lil Mosta.
Bħalissa l-moral tal-Karkariżi jinsab ferm baxx wara li fl-aħħar żewġ logħbiet sfaw megħluba minn Floriana (3-1) u Hamrun Spartans (2-0) biex il-vantaġġ niżel għal żewġ punti.
Min-naħa ta’ Mosta, jinżlu għal din il-partita mingħajr l-ebda pressjoni minħabba li laħqu t-tragward tagħhom li jikkwalifikaw mat-Top 6. Infatti huma jinsabu fl-aħħar post.
Birkirkara se jkunu mingħajr l-aqwa skorer tal- kampjonat s’issa b’disa’ goals, Maxuell Maia.
Iżda huma se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Gnamien Gislain Yikpe minn sospensjoni.
Fl-ewwel round, l-Istripes għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 1-0.
Gzira U. v Naxxar L. – Din hija partita bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa – Gzira United fuq Zabbar St Patrick (2-1) u Naxxar Lions fuq Melita (3-0).
Il-pressjoni se tkun fuq in-Naxxarin minħabba li rebħa tkompli tbiegħdhom min-naħa t’isfel tal-klassifika.
Il-Maroons se jkunu mingħajr is-sospiż Joseph Minala li din se tkun ir-raba’ waħda tiegħu f’dan l-istaġun.
Fil-logħba diretta preċedenti ż-żewġ timijiet kienu spiċċaw 1-1.
Melita v Marsaxlokk – Melita jiltaqgħu f’logħba diffiċli kontra Marsaxlokk fejn jimmiraw li ma joħorġux b’idejhom vojta biex ma jispiċċawx fl-aħħar żewġ postijiet.
Filwaqt li x-Xlukkajr ma għandhomx problemi ta’ players neqsin, Melita ma jistgħux jagħmlu użu mis- sospiżi, Aldair Simanca Pena u Henrique Marcelina Motta iżda jirritorna Marc Van De Font Bovenkamp minn sospensjoni.
Fl-ewwel round Melita rebħu bl-iskor ta’ 2-1.
Balzan v Zabbar SP – Dan huwa konfront bejn l-aħħar żewġ timijiet li jitqies bħala wieħed bilanċjat.
Balzan għandhom lil Nicholas Pulis, Oluwatobiloba Dimeji Awosanya u Kevin Williams sospiżi.
Fl-ewwel round, Zabbar rebħu bl-iskor ta’ 2-0.
Malta Premier: Sliema W. u Hamrun S. fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa