Friday, April 26, 2024

Mara tiddaħħal l-Isptar wara inċident tat-traffiku r-Rabat Malta

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-7.45am meta fi Triq l-Infetti seħħ inċident tat-traffiku.

Jirriżulta li mara ta’ 49 sena residenti ż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Peugeot 207 bil-konsegwenza li ħabtet f’ħajt.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lil mara, ittieħded l-isptar għal aktar kura.

It-triq direzzjoni lejn il-Mosta tinsab magħluqa għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

Sport