Mara tinżamm taħt arrest wara li allegatament serqet €11,000 fi flus kontanti mingħand raġel anzjan

Aqra wkoll

Mara ta’ 46 sena li hija reċidiva b’vizzju ta’ dipendenza fuq id-droga tinsab arrestata wara li ġiet akkużata li serqet €11,000 f’flus kontanti mingħand raġel armel ta’ 70 sena fil-Ġżira. Bronia Spiteri, residenti Burmarrad li ħarġet mill-ħabs biss xahrejn ilu, dehret quddiem il-Qorti tiffaċċja akkużi ta’ serq kwalifikat u li tinsab reċidiva.

Il-Qorti semgħet li fis-27 ta’ Awwissu 2026, il-pulizija irċeviet rapport li raġel armel ta’ 70 sena kien sarlu serq fid-dar tiegħu l-jum ta’ qabel. Ir-rapport qal li kien nieqes minn €11,000 f’flus kontanti. Ir-raġel anzjan semma lil Spiteri bħala s-sospetta ewlenija, fejn innota li kienet marret f’daru diversi drabi matul l-aħħar xahar.

Qabel ma l-pulizija wettqet l-ordni ta’ arrest, it-tfal ta’ Mamo sabu lil Spiteri fil-karozza tagħha u kkonfrontawha dwar il-flus li kienu nieqsa. Spiteri ta €5,000 lill-familja, u wara €500 oħra qabel ma ħarġet mill-vettura u ħarbet lejn iż-żona tal-Università ta’ Malta, fejn ġiet interċettata u arrestata mill-uffiċjali tal-pulizija.

Matul l-interrogazzjoni, Spiteri ċaħdet li serqet il-flus, u sostniet li r-raġel ta’ 70 sena kien tatha €5,800 b’mod volontarju. Spiteri qiedgħa tiffaċċja akkużi ta’ serq kwalifikat li jaqbeż €2,329.37 u li kkommettiet reat filwaqt li hija reċidiva. Hija ċaħdet iż-żewġ akkużi.

Il-prosekuzzjoni oġġezjonat li l-akkużata tingħata l-ħelsien mill-arrest, fejn tirrimarka l-kondotta kriminali estensiva tagħha dwar serq, inkluża kundanna preċedenti talli serqet flus kontanti minn kjosk fil-Mellieħa fl-2025. L-uffiċjali prosekuturi enfasizzaw l-età anzjana tal-vittma u qajmu tħassib serju dwar il-biża’ ta’ intimidazzjoni ta’ xhieda, filwaqt li nutaw li l-akkużata taf eżattament fejn jgħix ir-raġel anzjan.

Madankollu, id-difiża enfasizzat li Spiteri żżomm il-preżunzjoni tal-innoċenza tagħha. L-avukat tagħha argumenta li hija tgħix Burmarrad, ‘il bogħod mir-residenza tal-vittma fil-Ġżira, u li parti sinifikanti mill-flus kienet diġà ġiet mħallsa lura. Barra minn hekk, argumentaw li l-allegat vittma jista’ jiġi protett billi tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur tiegħu kontra l-akkużata.

Il-Qorti għażlet li ma tagħtix l-ħelsien mill-arrest lil Spiteri, filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur Anthony Mamo flimkien ma’ ordni ta’ trattament biex tgħinha fil-ġlieda kontinwa tagħha kontra d-dipendenza fuq id-droga.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Dr Miguel Taliana mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Elton Buckingham.

Dan il-każ kien ppreseduta mill-Maġistrat Ingrid Bianco.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport