Friday, November 22, 2024

Mario Galea jgħid li hemm 70 każ ġdid, fosthom 22 immigrant… l-awtorità tas-saħħa tispjega li dawn każi ta’ ġimgħatejn ilu

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea qal fuq il-midja soċjali li llum għandna 70 każ ġdid ta’ COVID-19 u mhux bħalma ntqal mill-awtoritajiet tas-saħħa. Hu qal li t-22 persuna l-oħra huma immigranti li ttestjaw pożittiv. 

Madankollu, l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw ma’ inewsmalta li dawn it-22 immigrant li qed isemmi d-deputat Nazzjonalista huma każi ta’ ġimgħatejn ilu u li reġa’ sarilhom test mill-ġdid u għadhom pożittivi għall-virus. Għaldaqstant, dak li qed jgħid id-deputat Nazzjonalista mhuwiex minnu. 

Sport