Monday, October 21, 2024

Marsaskala HC se jorganizzaw turnew ieħor tal-Beach Hockey

Aqra wkoll

Il-klabb ta’ Marsaskala Hockey se jkun qed jerġa’ jorganizza turnew tal-Beach Hockey fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

Il-promotriċi ta’ din l-attivita’ Marthese Gellel tat aktar dettalji dwar dan it-turnew li fih se jieħdu sehem żgħażagħ minn 12 sa 18-il sena. B’kollox se jkun hemm 30 plejer bl-għan hu li jkompli jitkattar dan l-isport sajfi, ferm differenti mill-hockey tradizzjonali.

Marsaskala Hockey Club ilu mwaqqaf sa mis-sena 2019 u hu wieħed minn dawk il-klabbs b’ideat innovattivi sabiex tiżdied il-popolarita’ tal-hockey f’pajjiżna.

Sport