F’serata mill-isbaħ, ilbieraħ filgħaxija Maruska Vella, omm Jake li miet ftit tal-ġimgħat ilu rebħet il-premju Mvintage Woman of the Year 2024.
F’kummenti ma’ dan is-sit eżatt wara li tħabbar li kienet ir-rebbieħa, hija rringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi kollu tal-appoġġ li dejjem offew lilha u lill-familja.
Maruska għamlet dawn l-aħħar xhur tista’ tgħid tgħix l-Isptar Mater Dei ma’ binha Jake hekk kif kien qiegħed jingħata l-kura. Jake ġibed l-ammirazzjoni tal-poplu kollu minħabba l-imħabba ġenwina li kellu għal kulħadd b’mod partikolari għall-annimali.