Sunday, December 22, 2024

Matthew Borg u Franklin Micallef se jiġu ordnati djakni f’Għawdex

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju d-Djoċesi t’Għawdex se jkollha żewġ djakni ġodda. Huma se jiġu ordnati mill-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma

Iż-żewġ djakni huma s-seminaristi Matthew Borg mill-Parroċċa tax-Xagħra u Franklin Micallef mill-Parroċċa ta’ Kerċem.

Fi stqarrija tad-Djoċesi t’Għawdex qalet li l-quddiesa tal-ordinazzjoni għad-Djakonat se ssir fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria, fis-6.30pm.

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinandi fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri, il-Belt Victoria.

Ekonomija

Sport