Monday, June 1, 2026

“Mil-lum trid tibda l-ħidma għall-ħames mandat”- l-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva r-raba’ rebħa konsekuttiva għall-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali bħala mument storiku importanti. Huwa tenna li “mil-lum trid tibda l-ħidma għall-ħames mandat”.

F’kummenti li ta fuq l-istazzjon ONE TV, Dr Muscat qal li dak li wettaq il-Partit Laburista u li wettaqna flimkien, mhix xi ħaġa li għandha tittieħed forgranted. “Il-fatt li wieħed qed jiddiskuti dan kollu qisha kienet xi ħaġa normali li partit iġib ir-raba’ mandat konsekuttiv turi kif inbidlet il-landscape politika tal-pajjiż.”

Huwa ddikjara li: “Nemmen li l-Prim Ministru għamel kampanja tajba ħafna u li issa għandu biċċa xogħol… l-ewwel biċċa xogħol li jgħaqqad il-Kabinett tiegħu u allura jrid ikollok nies li jmexxu flimkien miegħek.”

Dr Muscat tenna li bla dubju l-Prim Ministru se jkun qiegħed jagħmel għażla diffiċli fejn hemm kważi 40 persuna li jkunu ġew eletti u li jrid jagħżel minnhom filwaqt li trid tħalli uħud minnhom barra. 

“L-ewwel nett hi prerogattiva tal-Prim Ministru. Imma trid tkun għażla li tibbalanċja l-esperjenza mal-entużjażmu ta’ min hu ġdid, ir-riżultat ta’ dak li jkun ġab personalment, il-ġeografija illi kull distrett ikun iħossu rrappreżentat u l-ġeneru. Dik naħseb li hi l-ewwel prijorità tal-Prim Ministru.”

“Imbagħad biex jibda jwettaq manifest li huwa ambizzjuż ħafna. Hemm affarijiet minnhom li se jingħataw lin-nies imma hemm oħrajn li jridu jitwettqu flimkien mat-tkomplija tat-twettiq ta’ ħafna affarijiet importanti li għad fadal u bdew fil-leġiżlatura li għaddiet hi kruċjali. 

“U hemm fil-verità mil-lum trid tibda l-ħidma għall-ħames mandat. Naħseb dak hu l-punt kruċjali. Naħseb li l-Partit Laburista fadallu ħafna f’hiex itejjeb,” qal il-Prim Ministru. 

Min-naħa l-oħra, huwa nnota kif il-Partit Nazzjonalista kiseb l-istess ammont ta’ voti tal-2017 – 136,000. “Mhux qed nara dan is-surge fil-PN. Li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni b’mod tajjeb ħafna hu li ġab l-istess ammont ta’ voti tal-2017 meta dik l-elezzjoni rbaħnieha b’40,000 vot,” qal Dr Muscat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport