Wednesday, May 27, 2026

Minn Għawdex ħerġin diversi ideat li qed ibiddlu pajjiżna

– Il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

“Minn Għawdex ħerġin diversi ideat li qegħdin ibiddlu lill-pajjiżna… u kien minn dan il-ħsieb li ħareġ il-Manifest tal-Partit Laburista “Int Malta”.


Hekk iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza l-aħħar attività politika ta’ din il-kampanja elettorali f’Għawdex.


Il-Prim Ministru waqt id-diskors tiegħu fakkar id-diversi kisbiet li saru għal Għawdex taħt Gvern Laburista u anke strateġiji biex din il-gżira tibqa’ mixja ‘l quddiem.
Fost l-oħrajn semma l-istrateġija “Gżira ta’ Villaġġi” filwaqt li qal li s-sena li għaddiet għall-ewwel darba l-ekonomija Għawdxija laħaqet il-biljun ewro.


Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista fid-diskors tiegħu semma wħud mill-100 proposta li l-Manifest “Int Malta” qiegħed iressaq ‘il quddiem.


“Intom tridu tkunu kburin bil-kontribut li tajtu għal dan il-manifest. L-akbar manifest tal-moviment Laburista għal Għawdex. Fih, l-akbar kapitlu, huwa propju dak ta’ Għawdex. Kapitlu li twieled hawn f’Għawdex.

Minn grupp ta’ żgħażagħ Għawdxin li kitbu dan il-kapitlu magħna,” kompla jgħid il-Prim Ministru Robert Abela.


Il-Prim Ministru temm jgħid li erba’ snin ilu, il-Partit Laburista ngħata l-aqwa mandat f’Għawdex u ta’ dan se jibqa’ jaħdem bħala tim wieħed li jagħti spazju għal kulħadd u hija d-deċiżjoni tal-poplu biex Partit Laburista jkompli jagħmel Għawdex il-mutur tal-prosperità ġdida.


“Agħtu mandat mill-ġdid lill-moviment Laburista. Agħtu mandat mill-ġdid lili. Malta, u meta ngħidu Malta, Għawdex ukoll, jiġu l-ewwel u qabel kollox. Hekk temm id-diskors tiegħu 65 sena ilu, f’din il-Pjazza l-Perit Duminku Mintoff.


Dak li kien veru dakinhar, għadu veru issa. Il-Partit Laburista huwa d-dar naturali tagħkom l-Għawdxin. Mela kunu mill-ġdid magħna ħalli nieħdu lil Għawdex fil-livell li jmiss.

Biex ikollna Għawdex aqwa, biex inkunu miegħek f’kull pass, Għax intom Għawdex, u Għawdex intom, int Malta, il-ħolma tiegħek, il-proġett tagħna,” temm jgħid il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela fl-aħħar attività poilitika ta’ din il-kampanja f’Għawdex.


Intant fl-istess attività poltika tkellem il-Perit Daniel Micallef fejn fost l-oħrajn semma kif il-artit Nazzjonalista nesa kompletament milli jinkludi l-faxxa ta’ kaċċaturi u nassaba mill-programm elettorali tagħhom.


Waqt id-diskors tiegħu hu innota li tlett ijiem oħra, il-poplu se jiddeċiedi l-futur ta’ pajjiżna. Qal li d-deċiżjoni issa trid tittieħed biex Malta tibqa’ sejra ‘l quddiem.
Micallef semma l-fatt kif il-Partit Nazzjonalista ddikjara biċ-ċar kemm-il darba li se jnaqqas is-sussidji.

B’kuntrast ta’ dan, il-kelliem qal kif Partit Laburista fil-Gvern dejjem kien fuq in-naħa tal-poplu u żamm il-prezzijiet stabbli … anke jekk il-Kummisjoni Ewropea pprovat taqta’ qalb ta’ tim Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport